3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-427/17) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Ġbir u trattament ta’ ilma urban mormi - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Konoxxenzi tekniċi l-iktar avvanzati, mingħajr spejjeż eċċessivi - Prinċipju ta’ proporzjonalità tal-ispejjeż - Oneru tal-prova - Mezzi ta’ prova)
(2019/C 187/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: J. Quaney, M. Browne u M. A. Joyce, aġenti, assistiti minn S. Kingston, BL, minn C. Toland, SC, u minn B. Murray, SC)
Dispożittiv
1)
L-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha:
—
taħt l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008, u taħt l-Anness IA u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1, ta’ din id-direttiva, kif emendata, billi ma żguratx li l-ilmijiet miġbura f’sistema kkombinata ta’ ġbir ta’ ilma mormi urban u ta’ ilma tax-xita jiġu miżmuma u mwassla għal trattament konformement mar-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva, kif emendata, f’dak li jirrigwarda l-agglomerazzjonijiet ta’ Athlone, ta’ Cork City, ta’ Enniscorthy ħlief għat-townland ta’ Killagoley, ta’ Fermoy, ta’ Mallow, ta’ Midleton, ta’ Ringaskiddy u ta’ Roscommon Town;
—
taħt l-Artikolu 4(1) u/jew (3) tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008, moqri flimkien mal-Artikolu 10 u l-Anness IB ta’ din id-direttiva, kif emendata, billi ma stabbilixxietx trattament sekondarju jew ekwivalenti f’dak li jirrigwarda l-agglomerazzjonijiet ta’ Arklow, ta’ Athlone, ta’ Ballybofey/Stranorlar, ta’ Cobh, ta’ Cork City, ta’ Enfield, ta’ Enniscorthy, ta’ Fermoy, ta’ Killybegs, ta’ Mallow, ta’ Midleton, ta’ Passage/Monkstown, ta’ Rathcormac, ta’ Ringaskiddy, ta’ Ringsend, ta’ Roscommon Town, ta’ Shannon Town, ta’ Tubbercurry u ta’ Youghal;
—
taħt l-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008, moqri flimkien mal-Artikolu 10 u l-Anness IB ta’ din id-direttiva, kif emendata, billi ma żguratx li ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir l-agglomerazzjonijiet ta’ Athlone, ta’ Cork City, ta’ Dundalk, ta’ Enniscorthy ħlief għat-townland ta’ Killagoley, ta’ Fermoy, ta’ Killarney, ta’ Killybegs, ta’ Longford, ta’ Mallow, ta’ Midleton, ta’ Navan, ta’ Nenagh, ta’ Portarlington, ta’ Ringsend, ta’ Roscrea u ta’ Tralee jiġi, qabel l-iskarikar tiegħu f’żoni sensittivi, suġġett għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, kif emendata, u skont r-rekwiżiti tal-Anness IB tal-istess direttiva, kif emendata, u
—
taħt l-Artikolu 12 tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008, billi ma żguratx li d-disponiment ta’ ilma mormi minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi fl-agglomerazzjonijiet ta’ Arklow u ta’ Castlebridge ikun suġġett minn qabel għal regolamenti u/jew awtorizzazzjonijiet speċifiċi.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 293, 04.09.2017
Full & Egal Universal Law Academy