8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Monachos Eirinaios, kata kosmon Antonios Giakoumakis tou Emmanouil vs Dikigorikos Syllogos Athinon
(Kawża C-431/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 98/5/KE - Aċċess għall-professjoni ta’ avukat - Patri li kiseb il-kwalifika professjonali ta’ avukat fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru ospitanti - Artikolu 3(2) - Kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti - Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Regoli tal-kondotta professjonali - Inkompatibbiltà tal-kwalità ta’ patri mal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat)
(2019/C 230/04)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Monachos Eirinaios, kata kosmon Antonios Giakoumakis tou Emmanouil
Konvenuta: Dikigorikos Syllogos Athinon
Dispożittiv
L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni [kwalifika], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lil avukat li għandu l-kwalità ta’ patri, irreġistrat bħala avukat mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini, milli jirreġistra mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, sabiex hemmhekk jeżerċita l-professjoni tiegħu taħt it-titolu professjonali tal-oriġini tiegħu, minħabba l-inkompatibbiltà bejn il-kwalità ta’ patri u l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat li tipprevedi din il-leġiżlazzjoni.
(1) ĠU C 309, 18.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy