7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018 – Enercon GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Gamesa Eólica, SL
(Kawża C-433/17 P) (1)
(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 53 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumaturi ta’ aħdar - Dikjarazzjoni parzjali ta’ invalidità - Rinviju quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni)
(2019/C 4/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Enercon GmbH (rappreżentanti: R. H. F. Böhm, Rechtsanwalt, M. Silverleaf, QC)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Botis, V. Ruzek u A. Folliard-Monguiral, aġenti), Gamesa Eólica, SL (rappreżentanti: A. Sanz Cerralbo, abogada)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 412, 4.12.2017.