8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság — l-Ungerija) — Human Operator Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-434/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Tnaqqis tal-VAT - Determinazzjoni tal-persuna suġġetta għall-ħlas tal-VAT - Applikazzjoni retroattiva ta’ miżura derogatorja - Prinċipju ta’ ċertezza legali)
(2019/C 131/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Human Operator Zrt.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ miżura li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud tal-VAT, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/43/UE tat-22 ta’ Lulju 2013, qabel ma l-att tal-Unjoni li jawtorizza l-imsemmija deroga jkun ġie innotifikat lill-Istat Membru li jkun talabha, minkejja li l-imsemmi att tal-Unjoni ma jipprovdi xejn dwar id-dħul fis-seħħ tiegħu jew id-data li fiha għandu jibda japplika, u dan anki meta l-imsemmi Stat Membru jkun esprima x-xewqa li din id-deroga tapplika b’effett retroattiv.
(1) ĠU C 318, 25.09.2017
Full & Egal Universal Law Academy