6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH vs EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH
(Kawża C-437/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(1) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ ċittadinanza — Drittijiet għal leave annwali mħallas skont l-anzjanità tal-impjegat mal-persuna li timpjega - Teħid inkunsiderazzjoni parzjali biss tal-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa ma’ persuni li jimpjegaw oħra - Dritt soċjali - Diskrepanza bejn is-sistemi u l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri)
(2019/C 155/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH
Konvenuta: EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH
Dispożittiv
L-Artikoli 45 TFUE u 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex jiġi ddeterminat jekk ħaddiem b’total ta’ 25 sena ta’ attività professjonali huwiex intitolat għal żieda fil-leave annwali mħallas tiegħu minn 5 għal 6 ġimgħat, tipprevedi li s-snin imwettqa fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol waħda jew diversi preċedenti għal dik mibdija mal-persuna li attwalment timpjegah jiswew biss sa massimu ta’ 5 snin ta’ attività professjonali, anki jekk l-għadd reali tagħhom ikun itwal minn 5 snin.
(1) ĠU C 382, 13.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy