3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit — Abraxis Bioscience LLC vs Comptroller General of Patents
(Kawża C-443/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3(d) - Kundizzjonijiet għall-għoti - Kisba tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott bħala prodott mediċinali - Awtorizzazzjoni li tkopri prodott bħala prodott mediċinali li jikkostitwixxi formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv diġà magħruf)
(2019/C 187/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Abraxis Bioscience LLC.
Konvenut: Comptroller General of Patents
Dispożittiv
L-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, moqri flimkien mal-Artikolu 1(b) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 3(b) tal-imsemmi regolament, invokata insostenn ta’ applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari dwar formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv qadim, ma tistax titqies bħala l-ewwel awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tal-prodott ikkonċernat bħala prodott mediċinali meta dan l-ingredjent attiv diġà kien is-suġġett ta’ tali awtorizzazzjoni bħala ingredjent attiv.
(1) ĠU C 309, 18.09.2017
Full & Egal Universal Law Academy