11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 – L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea vs Guardian Europe Sàrl, L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (C-447/17 P) u Guardian Europe Sàrl vs L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (C-479/17 P)
(Kawżi magħquda C-447/17 P u C-479/17 P) (1)
(Appell - Rikors għad-danni - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Tul eċċessiv tal-proċedura fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti - Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “impriża unika” - Danni materjali - Spejjeż ta’ garanzija bankarja - Rabta kawżali - Lucrum cessans - Dannu immaterjali - Responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea għal danni kkawżati minn ksur tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ stabbiliment tar-responsabbiltà)
(2019/C 383/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Kawża C-447/17 P)
Appellanti: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Inghelram u K. Sawyer, sussegwentement minn J. Inghelram, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Guardian Europe Sàrl (rappreżentanti: C. O’Daly, solicitor, u F. Louis, avukat), l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, A. Dawes u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Kawża C-479/17 P
Appellanti: Guardian Europe Sàrl (rappreżentanti: C. O’Daly, solicitor, u F. Louis, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Inghelram u K. Sawyer, sussegwentement minn J. Inghelram, aġenti), l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, A. Dawes u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Dispożittiv
1)
Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Ġunju 2017, Guardian Europe vs L-Unjoni Ewropea (T-673/15, EU:T:2017:377), huwa annullat.
2)
L-appell prinċipali fil-Kawża C-479/17 P ippreżentat minn Guardian Europe Sàrl huwa miċħud.
3)
L-appell inċidentali fil-Kawża C-479/17 P ippreżentat mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huwa miċħud.
4)
Ir-rikors għad-danni ppreżentat minn Guardian Europe Sàrl, sa fejn huwa intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-danni għal ammont ta’ EUR 936 000 fir-rigward tal-allegat dannu materjali li jikkonsisti fil-pagament ta’ spejjeż ta’ garanzija bankarja lil hinn mit-terminu raġonevoli għall-għoti ta’ sentenza fil-kuntest tal-kawża li tat lok għas-sentenza tas-27 ta’ Settembru 2012, Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni (T-82/08, EU:T:2012:494), huwa miċħud.
5)
Guardian Europe Sàrl hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk kollha sostnuti mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata kemm mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell fil-Kawża C-447/17 P u f’dak tal-appell prinċipali fil-Kawża C-479/17 P.
6)
L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk kollha sostnuti minn Guardian Europe Sàrl fil-kuntest tal-appell inċidentali fil-Kawża C-479/17 P.
(1) ĠU C 369, 30.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy