6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — A & G Fahrschul-Akademie GmbH vs Finanzamt Wolfenbüttel
(Kawża C-449/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(i) u (j) - Eżenzjoni, favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Edukazzjoni skolastika jew universitarja - Kunċett - Kors tas-sewqan tal-karozzi mogħti minn skola tas-sewqan)
(2019/C 155/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A & G Fahrschul-Akademie GmbH
Konvenut: Finanzamt Wolfenbüttel
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “edukazzjoni skolastika jew universitarja” fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) u (j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-edukazzjoni ma tkoprix tagħlim tas-sewqan mogħti minn skejjel tas-sewqan, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-għan li jinkisbu liċenzji tas-sewqan għall-vetturi tal-kategoriji B u C1 imsemmija fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan.
(1) ĠU C 330, 2.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy