5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Vincent Piessevaux vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-454/17 P) (1)
((Appell - Servizz pubbliku - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII - Drittijiet għall-pensjoni miksuba fi skema nazzjonali - Trasferiment ta’ dawn id-drittijiet lejn l-iskema ta’ pensjonijiet tal-Unjoni - Differenza fit-trattament bejn l-uffiċjali li raw il-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni tagħhom ittrasferiti fl-iskema tal-Unjoni qabel u wara d-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni ġodda))
(2018/C 399/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Vincent Piessevaux (rappreżentanti: L. Ponteville, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Vincent Piessevaux għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 374, 06.11.2017
Full & Egal Universal Law Academy