Kawżi Magħquda C-459/17 u C-460/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – SGI (C-459/17), Valériane SNC (C-460/17) vs Ministre de l’Action et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis — Kunsinna effettiva tal-merkanzija)
C2942018MT1120120180627MT0015112122
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – SGI (C-459/17), Valériane SNC (C-460/17) vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawżi Magħquda C-459/17 u C-460/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis — Kunsinna effettiva tal-merkanzija)”2018/C 294/15Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawżi prinċipali
Rikorrenti: SGI (C-459/17), Valériane SNC (C-460/17)
Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics
Dispożittiv
L-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi rrifjutat għall-persuna taxxabbli li tirċievi fattura d-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT imsemmija fuq din il-fattura, huwa biżżejjed li l-amministrazzjoni tistabbilixxi li t-tranżazzjonijiet li din il-fattura tikkorrispondi għalihom effettivament ma sarux.
( 1 ) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy