12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/28
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Trento – l-Italja) – Chiara Motter vs Provincia autonoma di Trento
(Kawża C-466/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Settur pubbliku - Għalliema tas-sekondarja - Reklutaġġ fis-servizz pubbliku permanenti ta’ ħaddiema impjegati għal żmien determinat permezz ta’ proċedura ta’ reklutaġġ ibbbażata fuq kwalifiki - Determinazzjoni tal-anzjanità - Teħid inkunsiderazzjoni parzjali tal-perijodi ta’ servizz imwettqa fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat))
(2018/C 408/36)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Trento
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Chiara Motter
Konvenuta: Provincia autonoma di Trento
Dispożittiv
Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP għandha tiġi interpretata fis-sens li, bħala prinċipju ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ ħaddiem f’kategorija ta’ remunerazzjoni waqt ir-reklutaġġ tiegħu fuq il-bażi ta’ kwalifiki inkwantu uffiċjal permanenti, tieħu inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ servizz imwettqa skont kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat b’mod sħiħ sar-raba’ sena u, lil hinn minn dan, b’mod parzjali, sa żewġ terzi.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy