5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover
(Kawża C-471/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Instant noodles moqlija - Subintestatura tariffarja 1902 30 10))
(2018/C 399/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG
Konvenut: Hauptzollamt Hannover
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt is-subintestatura 1902 30 10 tagħha platti ta’ instant noodles, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma essenzjalment komposti minn blokka ta’ noodles imsajra minn qabel u moqlija.
(1) ĠU C 374, 6.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy