17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Repsol Butano SA (C-473/17), DISA Gas SAU (C-546/17) vs Administración del Estado
(Kawża Magħquda C-473/17 u C-546/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Enerġija - Settur tal-gass tal-petroleum likwifikat (LPG) - Protezzjoni tal-konsumaturi - Obbligu ta’ interess ekonomiku ġenerali - Prezz massimu ta’ ċilindri ta’ gass - Obbligu ta’ distribuzzjoni fid-djar - Artikolu 106 TFUE - Direttivi 2003/55/KE, 2009/73/KE u 2006/123/KE - Interpretazzjoni tas-sentenza tal-20 ta’ April 2010, fil-kawża Federutility et (C-265/08, EU:C:2010:205) — Il-prinċipju ta’ proporzjonalità)
(2019/C 206/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Repsol Butano SA (C-473/17), DISA Gas SAU (C-546/17)
Konvenuta: Administración del Estado
fil-preżenza ta’: Redexis Gas SL, Repsol Butano SA (C-546/17)
Dispożittiv
Il-kundizzjoni ta’ proporzjonalità stabbilita fl-Artikolu 15(3)(ċ) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix miżuri, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jistabbilixxu prezz massimu taċ-ċilindri ta’ gass tal-petroleum likwifikat, u jimponu fuq ċerti operaturi d-distribuzzjoni fid-djar ta’ dan il-gass, bil-kundizzjoni li dawn il-miżuri jinżammu biss għal żmien limitat u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ interess ekonomiku ġenerali mfittex.
(1) ĠU C 382, 13.11.2017
ĠU C 412, 04.12.2017
Full & Egal Universal Law Academy