3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Cluj – ir-Rumanija) – IQ vs JP
(Kawża C-478/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 15 - Trasferiment lil qorti f’pożizzjoni aħjar sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 19 - Lis pendens))
(2018/C 436/16)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IQ
Konvenut: JP
Dispożittiv
L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma huwiex applikabbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha żewġ qrati aditi għandhom ġurisdizzjoni fuq il-mertu skont, rispettivament, l-Artikoli 12 u 8 ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy