4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Frank Montag vs Finanzamt Köln-Mitte
(Kawża C-480/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Tassazzjoni diretta - Taxxa fuq id-dħul - Possibbiltà ta’ tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet imħallsa lil organu professjonali ta’ previdenza u lil assigurazzjoni għall-pensjoni privata - Esklużjoni għall-persuni mhux residenti))
(2019/C 44/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Frank Montag
Konvenut: Finanzamt Köln-Mitte
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema persuna taxxabbli mhux residenti, suġġetta, f’dan l-Istat Membru, għat-taxxa fuq id-dħul fil-kuntest ta’ obbligu fiskali limitat, ma tistax tnaqqas mill-bażi tat-taxxa fuq id-dħul l-ammont tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsa lil organu professjonali ta’ previdenza, fi proporzjon xieraq tal-parti tad-dħul suġġett għat-taxxa f’dan l-Istat Membru, meta dawn ikollhom rabta diretta mal-attività li tkun iġġenerat dan id-dħul, filwaqt li persuna taxxabbli residenti, suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul fil-kuntest ta’ obbligu fiskali illimitat, tista’ tnaqqas tali kontribuzzjonijiet mill-bażi tat-taxxa fuq id-dħul, fil-limiti previsti mid-dritt nazzjonali.
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema persuna taxxabbli mhux residenti, suġġetta, f’dan l-Istat Membru, għat-taxxa fuq id-dħul fil-kuntest ta’ obbligu fiskali limitat, ma tistax tnaqqas mill-bażi tat-taxxa fuq id-dħul l-ammont tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali mħallsa lil organizzazzjoni professjonali ta’ previdenza kif ukoll dak tal-kontribuzzjonijiet imħallsa fil-kuntest ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni privata, minkejja li persuna taxxabbli residenti, suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul fil-kuntest ta’ obbligu fiskali illimitat, tista’ tnaqqas tali kontribuzzjonijiet mill-bażi tat-taxxa fuq id-dħul, fil-limiti previsti mid-dritt nazzjonali.
(1) ĠU C 382, 13.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy