17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal — l-Irlanda) — Neculai Tarola vs Minister for Social Protection
(Kawża C-483/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ moviment liberu u residenza fit-territorju tal-Istati Membri - Artikolu 7(1)(a) - Ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom - Artikolu 7(3)(c) - Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur - Ċittadin ta’ Stat Membru li jkun eżerċita attività ta’ ħaddiem fi Stat Membru ieħor matul perijodu ta’ ħmistax-il jum - Qgħad involontarju - Żamma tal-istatus ta’ ħaddiem għal mill-inqas sitt xhur - Dritt għall-benefiċċju għal persuni li qed ifittxu xogħol (jobseeker’s allowance))
(2019/C 206/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Neculai Tarola
Konvenut: Minister for Social Protection
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1)(a) u (3)(c) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, li kiseb fi Stat Membru ieħor l-istatus ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) ta’ din id-direttiva, minħabba l-attività li huwa eżerċita matul perijodu ta’ ġimagħtejn, taħt kuntratt li ma kienx kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat, qabel ma spiċċa f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju, iżomm l-istatus ta’ ħaddiem matul perijodu supplimentari ta’ mill-inqas sitt xhur fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jekk ikun irreġistra lilu nnifsu bħala persuna li qed tfittex impjieg fl-uffiċċju tal-impjieg kompetenti.
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament iggarantit mill-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38, l-imsemmi ċittadin għandux, konsegwentement, id-dritt li jirċievi benefiċċji ta’ assistenza soċjali jew, jekk ikun il-każ, benefiċċji ta’ sigurtà soċjali bħallikieku kien ċittadin tal-Istat Membru ospitanti.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017
Full & Egal Universal Law Academy