14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/22
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-484/17) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Artikolu 15 - Rifjut li jingħata permess ta’ residenza awtonomu - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li persuna tgħaddi minn eżami ta’ integrazzjoni ċivika”))
(2019/C 16/26)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: K
Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Dispożittiv
L-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li tiġi miċħuda applikazzjoni għal permess ta’ residenza awtonomu, ippreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ilu jirrisjedi għal iktar minn ħames snin fit-territorju ta’ Stat Membru għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja, għaliex huwa ma jkunx ipprova li għadda minn eżami ta’ integrazzjoni ċivika rigward il-lingwa u s-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru, sakemm il-modalitajiet konkreti tal-obbligu li persuna tgħaddi minn dan l-eżami ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan ta’ ffaċilitar tal-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 374, 6.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy