18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Tübingen – il-Ġermanja) – Südwestrundfunk vs Tilo Rittinger, Patric Wolter, Harald Zastera, Dagmar Fahner, Layla Sofan, Marc Schulte
(Kawża C-492/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mogħtija mill-Istati - Artikolu 107(1) TFUE - Artikolu 108(3) TFUE - Organi tax-xandir pubbliku - Finanzjament - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-adulti kollha li għandhom akkomodazzjoni fit-territorju nazzjonali jħallsu kontribuzzjoni lill-impriżi tax-xandir pubbliku))
(2019/C 65/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Tübingen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Südwestrundfunk
Konvenuti: Tilo Rittinger, Patric Wolter, Harald Zastera, Dagmar Fahner, Layla Sofan, Marc Schulte
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(ċ) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE], għandu jiġi interpretat fis-sens li modifika tal-iskema ta’ finanzjament tax-xandir pubbliku ta’ Stat Membru li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkonsisti fis-sostituzzjoni ta’ taxxa awdjoviżiva dovuta abbażi tal-pussess ta’ apparat ta’ reċezzjoni awdjoviżiva, b’kontribuzzjoni awdjoviżiva dovuta b’mod partikolari abbażi tal-okkupazzjoni ta’ akkomodazzjoni jew ta’ stabbiliment professjonali, ma tikkostitwixxix modifika ta’ għajnuna eżistenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 108(3) TFUE.
2)
L-Artikoli 107 u 108 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lix-xandar pubbliku setgħat derogatorji tad-dritt komuni li jippermettulu li jwettaq huwa stess l-eżekuzzjoni forzata ta’ debiti mhux imħallsa abbażi tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy