18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverfassungsgericht – il-Ġermanja) – proċedura mibdija minn Heinrich Weiss et
(Kawża C-493/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika ekonomika u monetarja - Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew - Validità - Programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku fis-swieq sekondarji - Artikoli 119 u 127 TFUE - Kompetenzi tal-BĊE u tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali - Żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet - Proporzjonalità - Artikolu 123 TFUE - Projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro))
(2019/C 65/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverfassungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Heinrich Weiss, Jürgen Heraeus, Patrick Adenauer, Bernd Lucke, Hans-Olaf Henkel, Joachim Starbatty, Bernd Kölmel, Ulrike Trebesius, Peter Gauweiler, Johann Heinrich von Stein, Gunnar Heinsohn, Otto Michels, Reinhold von Eben-Worlée, Michael Göde, Dagmar Metzger, Karl-Heinz Hauptmann, Stefan Städter, Markus C. Kerber
Fil-preżenza ta’: Bundesregierung, Bundestag, Deutsche Bundesbank
Dispożittiv
1)
L-eżami tal-ewwel sar-raba’ domanda preliminari ma żvela l-ebda element ta’ natura li jista’ jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) 2015/774 tal-4 ta’ Marzu 2015 dwar programm ta’ xiri ta’ assi ta’ swieq sekondarji mis-settur pubbliku, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) 2017/100 tal-11 ta’ Jannar 2017.
2)
Il-ħames domanda preliminari hija inammissabbli.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy