8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di Appello di Trento — l-Italja) — Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca — MIUR vs Fabio Rossato, Conservatorio di Musica F.A. Bonporti
(Kawża C-494/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Xogħol għal żmien determinat - Kuntratti konklużi ma’ persuna li timpjega li taqa’ taħt is-settur pubbliku - Miżuri intiżi sabiex jissanzjonaw l-użu abbużiv tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat - Trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat - Limitazzjoni tal-effett retroattiv tat-trasformazzjoni - Assenza ta’ kumpens finanzjarju)
(2019/C 230/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte di Appello di Trento
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca — MIUR
Konvenuti: Fabio Rossato, Conservatorio di Musica F.A. Bonporti
Dispożittiv
Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, hekk kif applikata mill-qrati supremi nazzjonali, teskludi, għal għalliema li jaqgħu taħt is-settur pubbliku li bbenefikaw mit-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’effett retroattiv limitat, kull dritt għal kumpens finanzjarju minħabba l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, meta tali trasformazzjoni la hija inċerta, la hija imprevedibbli u lanqas hija aleatorja u meta l-limitazzjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-anzjanità miksuba bis-saħħa tal-imsemmija kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat tikkostitwixxi miżura proporzjonata sabiex jiġi ssanzjonat dan l-abbuż, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 374, 6.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy