14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – C&D Foods Acquisition ApS vs Skatteministeriet
(Kawża C-502/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Proposta ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet ta’ subsussidjarja - Spejjeż relatati ma’ provvisti ta’ servizzi miksuba għall-finijiet ta’ dan il-bejgħ - Bejgħ mhux imwettaq - Talba għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT))
(2019/C 16/28)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C&D Foods Acquisition ApS
Konvenut: Skatteministeriet
Dispożittiv
L-Artikoli 2, 9 kif ukoll 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tranżazzjoni ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet, prevista iżda mhux imwettqa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li r-raġuni esklużiva diretta tagħha ma hijiex l-attività ekonomika taxxabbli tal-kumpannija kkonċernata jew li ma tikkostitwixxix l-estensjoni diretta, permanenti u neċessarja ta’ din l-attività ekonomika, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
(1) ĠU C 347, 16.10.2016
Full & Egal Universal Law Academy