17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-503/17) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/60/KE - Immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju - Provvista ta’ karburant ta’ dgħajjes privati għar-rikreazzjoni))
(2018/C 455/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Tomat u J. Tomkin, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brandon, aġent, assistiti minn M. Gray, barrister)
Dispożittiv
1)
Meta jawtorizza l-użu ta’ karburant immarkat għal dgħajjes privati bl-iskrejjen għar-rikreazzjoni, anki meta dan il-karburant ma huwiex suġġett għal eżenzjoni jew tnaqqis fid-dazji tas-sisa, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 289.