17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-504/17) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u fuq l-elettriku - Direttiva 2003/96/KE - Artikoli 4 u 7 - Applikazzjoni tal-livelli minimi ta’ tassazzjoni għall-karburanti - Direttiva 95/60/KE - Immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju - Riforniment ta’ dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment))
(2018/C 455/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Tomat u J. Tomkin, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: M. Browne, G. Hodge, J. Quaney u A. Joyce, aġenti, assistiti minn F. Callanan, SC u B. Doherty, BL)
Dispożittiv
1)
Billi ma żguratx l-applikazzjoni, għan-nafta użata bħala karburant għall-propulsjoni ta’ dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment, tal-livelli minimi ta’ tassazzjoni għall-karburanti previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, u billi awtorizzat l-użu ta’ karburant immarkat għall-propulsjoni ta’ dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment, anki meta dan il-karburant ma kienx suġġett għal xi eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tas-sisa, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, rispettivament, taħt l-Artikoli 4 u 7 tad-Direttiva 2003/96 u taħt id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju.
2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 347,16.10.2017.