29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Christa Plessers vs PREFACO NV, Belgische Staat
(Kawża C-509/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasferiment ta’ impriżi - Direttiva 2001/23/KE - Artikoli 3 sa 5 - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Eċċezzjonijiet - Proċedura ta’ insolvenza - Proċedura ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ trasferiment taħt l-awtorità tal-ġustizzja - Salvagwardja totali jew parzjali tal-impriża - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza liċ ċessjonarju jżomm, wara t-trasferiment, il-ħaddiema tal-għażla tiegħu)
(2019/C 255/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Christa Plessers
Konvenuti: PREFACO NV, Belgische Staat
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, b’mod partikolari l-Artikoli 3 sa 5 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża li jkun sar fil-kuntest ta’ proċedura ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ trasferiment taħt l-awtorità tal-ġustizzja applikata bl-għan taż-żamma taċ-ċedent kollu jew ta’ parti minnu jew tal-attivitajiet tiegħu, tipprevedi, għaċ-ċessjonarju, id-dritt li jagħżel il-ħaddiema li jixtieq iżomm.
(1) ĠU C 374, 06.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy