12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/30
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Stefan Rudigier
(Kawża C-518/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Artikolu 5(1) - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi - Artikolu 7(2) - Obbligu li tiġi ppubblikata ċerta informazzjoni mhux iktar tard minn sena qabel il-bidu tal-proċedimenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - Konsegwenzi tal-assenza ta’ pubblikazzjoni - Annullament tas-sejħa għal offerti - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 27(1) - Artikolu 47(1) - Direttiv 2014/25/UE - Artikolu 45(1) - Artikolu 66(1) - Avviż ta’ kuntratt))
(2018/C 408/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stefan Rudigier
fil-preżenza ta’: Salzburger Verkehrsverbund GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u Nru 1107/70, għandu jiġi interpretat kif ġej:
—
l-obbligu ta’ informazzjoni minn qabel li jipprevedi japplika għall-kuntratti ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport b’xarabank li huma fil-prinċipju mogħtija konformement mal-proċeduri previsti mid-Direttiva 2014/24 jew mid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, jew bid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE;
—
il-ksur jew nuqqas tal-obbligu ta’ informazzjoni minn qabel li huwa jipprevedi ma jwassalx għall-annullament tas-sejħa għal offerti inkwistjoni sakemm jiġu osservati l-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ trattament ugwali, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 392, 20.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy