25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-526/17) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Direttiva 2004/18/KE - Koordinazzjoni tal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Konċessjonijiet għal xogħlijiet pubbliċi - Estensjoni tat-tul ta’ konċessjoni eżistenti għall-kostruzzjoni u għall-ġestjoni ta’ awtostrada, mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt)
(2019/C 399/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, P. Ondrůšek u A. Tokár, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn V. Nunziata, E. De Bonis u P. Pucciariello, avvocati dello Stato)
Dispożittiv
1)
Peress li estendiet mill-31 ta’ Ottubru 2028 għall-31 ta’ Diċembru 2046 il-konċessjoni tal-parti tal-awtostrada A 12 Livorno-Civitavecchia li tgħaqqad Livorno ma’ Cecina (l-Italja) mingħajr ma ppubblikat avviż ta’ kuntratt, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikoli 2 u 58 tad-Direttiva 2004/18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, kif emendata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1422/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż tar-Repubblika Taljana. Ir-Repubblika Taljana għandha tbati kwart mill-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy