7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče – is-Slovenja) – Milan Božičevič Ježovnik vs Republika Slovenija
(Kawża C-528/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 143(1)(d) - Eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni - Importazzjoni segwita b’kunsinna intra-Komunitarja - Riskju ta’ frodi fiskali - Bona fide tal-importatur u fornitur taxxabbli - Evalwazzjoni - Obbligu ta’ diliġenza tal-importatur u fornitur taxxabbli)
(2019/C 4/11)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Milan Božičevič Ježovnik
Konvenuta: Republika Slovenija
Dispożittiv
L-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/69/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn l-importatur u fornitur taxxabbli jkun ibbenefika minn eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni abbażi ta’ awtorizzazzjoni maħruġa wara kontroll minn qabel mill-awtoritajiet doganali kompetenti fid-dawl tal-provi prodotti minn din il-persuna taxxabbli, dan ma huwiex obbligat iħallas il-VAT a posteriori meta, waqt kontroll sussegwenti, jirriżulta li l-kundizzjonijiet materjali tal-eżenzjoni ma kinux issodisfatti, ħlief jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li l-imsemmija persuna taxxabbli kienet taf jew missha kienet taf li l-kunsinni sussegwenti għall-importazzjonijiet inkwistjoni kienu involuti fi frodi mwettqa mix-xerrej u li hija ma ħaditx il-miżuri raġonevoli kollha li setgħet tieħu sabiex tevita din il-frodi, liema fatti għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 374, 6.11.2017.