27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Wolfgang Wirth et vs Thomson Airways Ltd.
(Kawża C-532/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 2(b) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “trasportatur tal-ajru li jopera” - Kuntratt ta’ kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ (“wet lease”)))
(2018/C 301/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wolfgang Wirth, Theodor Mülder, Ruth Mülder, Gisela Wirth
Konvenuta: Thomson Airways Ltd.
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “trasportatur tal-ajru li jopera” fis-sens tar-Regolament Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, u b’mod partikolari tal-Artikolu 2(b) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix il-każ ta’ trasportatur tal-ajru li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jagħti b’kiri, lil trasportatur tal-ajru ieħor, l-ajruplan u l-ekwipaġġ fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kiri ta’ ajruplan bl-ekwipaġġ (“wet lease”), iżda ma jerfax ir-responsabbiltà operattiva tat-titjiriet, inkluż fejn il-konferma tar-riservazzjoni ta’ post fuq it-titjira mogħtija lill-passiġġieri tindika li din it-titjira hija operata minn dan l-ewwel trasportatur.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy