8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — NK, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur tal-fallimenti ta’ PI Gerechtsdeurwaarderskantoor BV u ta’ PI vs BNP Paribas Fortis NV
(Kawża C-535/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 u Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi — Falliment ta’ uffiċjal ġudizzjarju - Azzjoni mressqa mil-likwidatur responsabbli għall-Amministrazzjoni u ta’ falliment)
(2019/C 131/10)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: NK, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur tal-fallimenti ta’ PI Gerechtsdeurwaarderskantoor BV u ta’ PI
Konvenut: BNP Paribas Fortis NV
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) u (2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha bħala suġġett talba għad-danni għal responsabbiltà delittwali jew kważi delittwali, eżerċitata mil-likwidatur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ falliment u li, fil-każ ta’ suċċess, il-massa tal-kredituri, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni u, għaldaqstant, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-imsemmi regolament.
(1) ĠU C 412, 4.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy