Kawża C-537/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – Claudia Wegener vs Royal Air Maroc SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 3(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “titjira b’konnessjoni” — Titjira li titlaq minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, b’konnessjoni f’ajruport li jinsab fi Stat terz, li d-destinazzjoni finali tagħha tkun ajruport ieħor f’dan l-Istat terz)
C2592018MT1510120180531MT0020151151
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – Claudia Wegener vs Royal Air Maroc SA
(Kawża C-537/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 3(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “titjira b’konnessjoni” — Titjira li titlaq minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, b’konnessjoni f’ajruport li jinsab fi Stat terz, li d-destinazzjoni finali tagħha tkun ajruport ieħor f’dan l-Istat terz)”2018/C 259/20Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Claudia Wegener
Konvenuta: Royal Air Maroc SA
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament japplika għal trasport ta’ passiġġieri mwettaq fuq il-bażi ta’ riżervazzjoni waħda u li jinkludi, bejn it-tluq tiegħu minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u l-wasla tiegħu f’ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat terz, waqfa ppjanata barra mill-Unjoni Ewropea, b’bidla tal-ajruplan.
( 1 ) ĠU C 424, 11.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy