18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Alpenchalets Resorts GmbH vs Finanzamt München Abteilung Körperschaften
(Kawża C-552/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Provvista ta’ residenza tal-vaganzi mikrija lil persuni taxxabbli oħra - Benefiċċji supplimentari - Natura prinċipali jew anċillari ta’ provvista ta’ servizz - Rati mnaqqsa ta’ taxxa - Akkomodazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni minn aġenzija tal-ivvjaġġar f’isimha stess)
(2019/C 65/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alpenchalets Resorts GmbH
Konvenut: Finanzamt München Abteilung Körperschaften
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-sempliċi tqegħid għad-dispożizzjoni minn aġenzija tal-ivvjaġġar ta’ residenza tal-vaganzi mikrija minn persuni taxxabbli oħra jew dik tali tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ residenza tal-vaganzi akkumpanjata minn servizzi anċillari addizzjonali, kull wieħed minnhom, jikkostitwixxi servizz wieħed taħt l-iskema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar.
2)
L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li l-provvista ta’ servizzi minn aġenziji tal-ivvjaġġar li tikkonsisti fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal vaganza, li taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 307 ta’ din id-direttiva, ma tistax tiġi suġġetta għal rata mnaqqsa jew għal waħda mir-rati mnaqqsa stabbiliti f’din l-ewwel dispożizzjoni.
(1) ĠU C 437 tat-18.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy