8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Svea hovrätt — l-Isvezja) — Rebecka Jonsson vs Société du Journal L’Est Républicain
(Kawża C-554/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċedura Ewropea għal talbiet żgħar - Regolament (KE) Nru 861/2007 - Artikolu 16 - ‘Il-parti telliefa’ - Spejjeż tal-kawża - Tqassim - Artikolu 19 - Liġi proċedurali tal-Istati Membri)
(2019/C 131/11)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Svea hovrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rebecka Jonsson
Konvenuta: Société du Journal L’Est Républicain
Dispożittiv
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, meta parti tirbaħ biss parzjalment, il-qorti nazzjonali tista’ tordna li kull waħda mill-partijiet fil-kawża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess tal-kawża jew tista’ tqassam dawn l-ispejjeż bejn dawn il-partijiet. F’tali każ, il-qorti nazzjonali tibqa’, bħala prinċipju, ħielsa li tqassam l-ammont tal-imsemmija spejjeż, dejjem jekk ir-regoli proċedurali nazzjonali ta’ tqassim tal-ispejjeż tal-kawża fit-talbiet transkonfinali żgħar ma jkunux inqas favorevoli mir-regoli proċedurali li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt nazzjonali u jekk ir-rekwiżiti proċedurali marbuta mat-tqassim ta’ dawn l-ispejjeż tal-kawża ma jwasslux lill-persuni kkonċernati biex jirrinunzjaw milli jagħmlu użu minn din il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar billi jimponu fuq l-attur, meta dan ikun rebaħ il-biċċa l-kbira tal-kawża, li xorta waħda jsostni l-ispejjeż tal-kawża tiegħu jew parti sostanzjali minnhom.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy