12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/30
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – 2M-Locatel A/S vs Skatteministeriet
(Kawża C-555/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 8528 71 13 u 8528 71 90 - Apparat li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni trażmessi fuq protokoll tal-internet))
(2018/C 408/39)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: 2M-Locatel A/S
Konvenut: Skatteministeriet
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni trażmessi diretti fuq protokoll tal-internet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 90 tagħha, sakemm dan ma jkollux tuner tal-vidjow, jew “tuner tat-televiżjoni”, fatt li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy