6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi il-Baxxi) — Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs Y.Z., Z.Z., Y.Y.
(Kawża C-557/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 16(2)(a) - Artikolu 17 - Irtirar tal-permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal perijodu twil - Direttiva 2003/109/KE - Artikolu 9(1)(a) - Telf ta’ dan l-istatus - Frodi - Nuqqas ta’ għarfien tal-frodi)
(2019/C 155/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Konvenuti: Y.Z., Z.Z., Y.Y.,
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li ġew prodotti dokumenti ffalsifikati għall-ħruġ tal-permessi ta’ residenza lill-membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, il-fatt li dawn il-membri tal-familja ma kinux jafu bin-natura frawdolenti ta’ dawn id-dokumenti ma tipprekludix lill-Istat Membru kkonċernat milli, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jirtira dawn il-permessi. Konformement mal-Artikolu 17 ta’ din id-direttiva, madankollu, huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li l-ewwel għandhom iwettqu eżami individwalizzat tas-sitwazzjoni ta’ dawn il-membri, billi jwettqu evalwazzjoni bbilanċjata u raġonevoli tal-interessi kollha involuti.
2)
L-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ fejn l-istatus ta’ resident għal perijodu twil ingħata lil ċittadini ta’ pajjiż terz abbażi ta’ dokumenti ffalsifikati, il-fatt li dawn iċ-ċittadini ma kinux jafu bin-natura frawdolenti ta’ dawn id-dokumenti ma jipprekludix lill-Istat Membru kkonċernat milli, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jirtira dan l-istatus.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy