17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ April 2019 — OZ vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
(Kawża C-558/17 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Fastidju sesswali - Investigazzjoni mwettqa fil-kuntest tal-programm “Dignity at work” - Ċaħda ta’ lment minħabba fastidju - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li tiċħad l-ilment - Kumpens għad-dannu)
(2019/C 206/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: OZ (rappreżentant: B. Maréchal, avocat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: K. Carr u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avvocato)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2017, OZ vs BEI (T-607/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:495), hija annullata, sa fejn ċaħdet, minn naħa, it-talbiet għal kumpens imressqa minn OZ fir-rikors tagħha, ibbażati fuq ir-responsabbiltà tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għal allegati illegalitajiet imwettqa fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni, inkluż in-nuqqas ta’ rispett tad-dritt tal-appellanti għal smigħ ġust, kif ukoll, min-naħa l-oħra, it-talbiet għal annullament li jinsabu f’dan ir-rikors.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Id-deċiżjoni tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment, tas-16 ta’ Ottubru 2015, li ma tilqax l-ilment għal fastidju sesswali ppreżentat minn OZ hija annullata.
4)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
5)
Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn OZ, relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik tal-appell.
(1) ĠU C 437, 18.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy