8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu — il-Polonja) — Związek Gmin Zagłębia Miedziowego w Polkowicach vs Szef Krajowej Administracji Skarbowej
(Kawża C-566/17) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168(a) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Prinċipju ta’ newtralità tal-VAT - Persuna taxxabbli li teżerċita kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi - Oġġetti u servizzi miksuba bl-għan li jitwettqu kemm tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT kif ukoll tranżazzjonijiet mhux suġġetti għall-VAT - Assenza ta’ kriterji ta’ distribuzzjoni f’leġiżlazzjoni nazzjonali - Prinċipju tal-legalità tat-taxxa”)
(2019/C 230/07)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Związek Gmin Zagłębia Miedziowego w Polkowicach
Konvenuta: Szef Krajowej Administracji Skarbowej
Dispożittiv
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li tawtorizza lill-persuna taxxabbli tnaqqas it-totalità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imposta fuq l-akkwist ta’ oġġetti u servizzi minn dawn tal-aħħar għat-twettiq kemm ta’ attivitajiet ekonomiċi, suġġetti għall-VAT, u kemm ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi, li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, minħabba l-assenza, fil-leġiżlazzjoni fiskali applikabbli, ta’ regoli speċifiċi dwar il-kriterji u l-metodi ta’ analiżi li jippermettu lill-persuna taxxabbli li tiddetermina l-parti ta’ din il-VAT tal-input imħallsa li għandha titqies li hija marbuta, rispettivament, mal-attivitajiet ekonomiċi u mal-attivitajiet mhux ekonomiċi.
(1) ĠU C 13, 15.01.2018.
Full & Egal Universal Law Academy