17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tlieta Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Combaro SA
(Kawża C-574/17 P) (1)
((Appell - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 239 - Maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Importazzjoni ta’ drapp tal-għażel mil-Latvja bejn l-1999 u l-2002 - Sitwazzjoni partikolari - Obbligi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll - Allegata korruzzjoni tal-awtoritajiet doganali - Ċertifikat ta’ moviment mhux awtentiku - Fiduċja reċiproka))
(2018/C 328/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u B.-R. Killmann, aġenti)
Konvenuta: Combaro SA, (Lausanne, l-Isvizzera) (rappreżentant: D. Ehle Rechtsanwalt)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2017, Combaro vs Il-Kummissjoni (T-752/14, EU:T:2017:529), hija annullata.
2)
Ir-rikors ta’ Combaro SA huwa miċħud.
3)
Combaro SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 382, 13.11.2017