21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Sofina SA, Rebelco SA, Sidro SA vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawża C-575/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa f’ras il-għajn fuq l-ammont gross tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali mqassma lil kumpanniji mhux residenti - Posponiment tat-taxxa fuq id-dividendi mqassma lil kumpannija residenti fil-każ ta’ sena finanzjarja b’telf - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni - Komparabbiltà - Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Effikaċità tal-ġbir tat-taxxa - Proporzjonalità - Diskriminazzjoni”))
(2019/C 25/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sofina SA, Rebelco SA, Sidro SA
Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics
Dispożittiv
L-Artikoli 63 u 65 FUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li d-dividendi mqassma minn kumpannija residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn meta dawn jiġu rċevuti minn kumpannija mhux residenti, filwaqt li, meta dawn jiġu rċevuti minn kumpannija residenti, it-taxxa tagħhom skont is-sistema tad-dritt komuni tat-taxxa fuq il-kumpanniji ma sseħħx fl-aħħar tas-sena finanzjarja li matulha ġew riċevuti ħlief jekk din il-kumpannija għamlet profitt matul din is-sena finanzjarja, filwaqt li tali taxxa tista’, jekk ikun il-każ, qatt ma sseħħ jekk l-imsemmija kumpannija twaqqaf l-attività tagħha mingħajr ma tkun kisbet profitt wara li tirċievi dawn id-dividendi.
(1) ĠU C 437, 18.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy