3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — Kawża mressqa minn Oy Hartwall Ab
(Kawża C-578/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 2 u Artikolu 3(1)(b) - Rifjut ta’ reġistrazzjoni jew invalidità - Evalwazzjoni in concreto tal-karattru distintiv - Klassifikazzjoni ta’ trade mark - Effett - Trade mark ta’ kulur jew trade mark figurattiva - Rappreżentazzjoni grafika ta’ trade mark ippreżentata taħt forma figurattiva - Kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni - Rappreżentazzjoni grafika suffiċjentement ċara u preċiża)
(2019/C 187/22)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Oy Hartwall Ab
fil-preżenza ta’: Patentti- ja rekisterihallitus
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-klassifikazzjoni mogħtija lil sinjal waqt ir-reġistrazzjoni tiegħu mill-applikant, bħala “trade mark bil-kulur” jew “trade mark figurattiva”, tikkostitwixxi element rilevanti fost oħrajn sabiex jiġi ddeterminat jekk dan is-sinjal ikunx jista’ jikkostitwixxi trade mark, fis-sens tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, u jekk, skont il-każ, din it-trade mark għandhiex karattru distintiv, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, iżda ma teżentax lill-awtorità kompetenti fil-qasam tat-trade marks mill-obbligu tagħha li twettaq analiżi in concreto u globali tal-karattru distintiv tat-trade mark inkwistjoni, li jimplika li din l-awtorità ma tistax tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark sempliċement minħabba li dan is-sinjal ma kisibx karattru distintiv minħabba l-użu tiegħu fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi invokati.
2)
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark minħabba l-eżistenza ta’ kontradizzjoni fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 412, 4.12.2017
Full & Egal Universal Law Academy