15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeits- und Sozialgericht Wien — l-Awstrija) — BUAK Bauarbeiter-Urlaubs- u. Abfertigungskasse vs Gradbeništvo Korana d.o.o.
(Kawża C-579/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 1(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Materji ċivili u kummerċjali - Artikolu 1(2) - Materji esklużi - Sigurtà soċjali - Artikolu 53 - Applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat li juri li d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti tal-oriġini hija eżekuttiva - Sentenza li tikkonċerna pretensjoni kkostitwita minn kontribuzzjonijiet għall-kumpens ta’ leave imħallas miżmuma minn korp tas-sigurtà soċjali kontra persuna li timpjega abbażi tal-kollokament ta’ ħaddiema - Eżerċizzju mill-qorti adita minn attività ġudizzjarja)
(2019/C 139/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Arbeits- und Sozialgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: BUAK Bauarbeiter-Urlaubs- u. Abfertigungskasse
Konvenut: Gradbeništvo Korana d.o.o.
Dispożittiv
L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni intiża biex jinkiseb il-ħlas ta’ pretensjoni li tikkonsisti minn kontribuzzjonijiet għal kumpens ta’ leave imħallas, miżmuma minn korp kollettiv tad-dritt pubbliku kontra persuna li timpjega, minħabba l-kollokazzjoni, fi Stat Membru, ta’ ħaddiema li ma għandhomx il-post tax-xogħol abitwali tagħhom hemm, jew fil-kuntest tat-tqegħid għad-dispożizzjoni, f’dan l-Istat Membru, ta’ ħaddiema, jew kontra persuna li timpjega li għandha s-sede tagħha barra mit-territorju tal-Istat Membru msemmi fil-konfront tal-impjieg ta’ ħaddiema li għandhom il-post tax-xogħol abitwali tagħhom fl-istess Stat Membru, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li l-modalitajiet ta’ eżerċizzju ta’ tali azzjoni ma jidderogawx mir-regoli tad-dritt komuni u, b’mod partikolari, ma jeskludux il-possibbiltà għall-qorti adita li tistħarreġ il-fondatezza tad-data li fuqha hija bbażata l-konstatazzjoni tal-pretensjoni msemmija, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
(1) ĠU C 424, 11.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy