25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 – Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-587/17 P) (1)
((Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) - Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet imħallsa indebitament - Irkupru - Nuqqas ta’ eżawriment tal-mezzi ta’ rikors kollha - Assenza ta’ appell fil-kassazzjoni wara l-opinjoni negattiva ta’ avukat awtorizzat jidher quddiem il-cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju) - Artikolu 267 TFUE - Assenza ta’ rinviju preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja - Negliġenza tal-Istat Membru))
(2019/C 112/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, M. Jacobs, C. Pochet, aġenti, assistiti minn E. Grégoire u J. Mariani, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u B. Hofstötter, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Lulju 2017, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (T-287/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:531), hija annullata.
2)
Il-Kawża T-287/16 hija mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 412, 4.12.2017
Full & Egal Universal Law Academy