23.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña — Spanja) — Prenatal S.A. vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (TEARC)
(Kawża C-589/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti ddikjarati b’mod ħażin bħala li joriġinaw mill-Ġamajka - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal maħfra tad-dazji - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea f’każ partikolari - Validità)
(2019/C 319/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Cataluña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prenatal S.A.
Konvenut: Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (TEARC)
Dispożittiv
L-eżami tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COM(2008) 6317 finali tat-3 ta’ Novembru 2008 li stabbilixxiet li dħul a posteriori fil-kontijiet tad-dazji fuq l-importazzjoni huwa ġġustifikat u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata f’każ partikolari (Fajl REM 03/07), fir-rigward tal-Artikolu 220(2)(b) u tal-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità ta’ din id-deċiżjoni.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.