12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Ġunju 2019 — Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-591/17) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 18, 34, 56 u 92 TFUE - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tariffa għall-użu tal-infrastrutturi għall-vetturi bil-mutur privati - Sitwazzjoni li fiha s-sidien ta’ vetturi rreġistrati f’dan l-Istat Membru jibbenefikaw minn eżenzjoni tat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur ta’ ammont li jikkorrispondi għal din it-tariffa)
(2019/C 270/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: G. Hesse, J. Schmoll u C. Drexel, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u S. Eisenberg, aġenti, assistiti minn C. Hillgruber, Rechtsanwalt)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: J. Langer, J.M. Hoogveld u M. Bulterman, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: Nymann-Lindegren u M. Wolff, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi introduċiet it-tariffa għall-użu tal-infrastrutturi għall-vetturi bil-mutur u billi pprovdiet, simultanjament, eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur privati ta’ ammont li huwa minn tal-inqas ekwivalenti għal dak tat-tariffa mħallsa, favur sidien ta’ vetturi rreġistrati fil-Ġermanja, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 18, 34, 56 u 92 TFUE.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata tħallas tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika tal-Awstrija u għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
4)
Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.
5)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju tad-Danimarka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy