14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/24
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Skatteministeriet vs Baby Dan A/S
(Kawża C-592/17) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi u subintestaturi 4421, 7326, 7318 15 90, 7318 19 00 u 9403 90 10 - Oġġett speċifikament imfassal għat-twaħħil ta’ xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal - Dumping - Validità tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Ftehim antidumping tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) - Definizzjoni tal-industrija Komunitarja”))
(2019/C 16/30)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skatteministeriet
Konvenut: Baby Dan A/S
Dispożittiv
1)
In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 tal-20 ta’ Settembru 2007 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li oġġett, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermetti t-twaħħil ma’ ħajt jew ma’ xambrella tax-xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal, ma jikkostitwixxix parti minn dawn ix-xatbiet u għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 7318 15 90 tan-nomenklatura magħquda.
2)
L-eżami tar-raba’ domanda preliminari ma rrilevat l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
(1) ĠU C 424, 11.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy