19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof — il-Belġju) — Belgisch Syndicaat van Chiropraxie, Bart Vandendries et vs Ministerraad
(Kawża C-597/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(ċ) - Eżenzjonijiet - Professjonijiet mediċi u paramediċi - Kiroprattika u osteopatija - Artikolu 98 - Punti 3 u 4 tal-Anness III - Prodotti mediċinali u mezzi mediċi - Rata mnaqqsa - Provvista fil-kuntest ta’ interventi jew ta’ trattamenti ta’ natura terapewtika - Rata normali - Provvista fil-kuntest ta’ interventi jew ta’ trattamenti ta’ natura estetika - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Żamma tal-effetti ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni)
(2019/C 280/03)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgisch Syndicaat van Chiropraxie, Bart Vandendries, Belgische Unie van Osteopaten et, Plast.Surg. et, Belgian Society for Private Clinics et
Konvenut: Ministerraad
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirriżervax l-applikazzjoni tal-eżenzjoni li jipprevedi għall-provvista mwettqa minn prattikanti ta’ professjoni medika jew paramedika rregolata mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.
2)
L-Artikolu 98 tad-Direttiva 2006/112, moqri flimkien mal-punti 3 u 4 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħmel differenza fit-trattament bejn il-prodotti mediċinali u l-mezzi mediċi pprovduti fil-kuntest ta’ interventi jew ta’ trattamenti ta’ natura terapewtika, minn naħa, u l-prodotti mediċinali u l-mezzi mediċi pprovduti fil-kuntest ta’ interventi jew ta’ trattamenti ta’ natura esklużivament estetika, min-naħa l-oħra, billi dawn tal-aħħar jiġu esklużi mill-benefiċċju tar-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) applikabbli għal tal-ewwel.
3)
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, qorti nazzjonali ma tistax tagħmel użu minn dispożizzjoni nazzjonali li tawtorizzaha li żżomm ċerti effetti ta’ att annullat sabiex provviżorjament iżżomm l-effett ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li hija qieset inkompatibbli mad-Direttiva 2006/112 sakemm jitqiegħdu f’konformità ma’ din id-direttiva, sabiex, minn naħa, jiġu limitati r-riskji ta’ inċertezza legali li jirriżultaw mill-effett retroattiv ta’ dan l-annullament u, min-naħa l-oħra, li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ skema nazzjonali preċedenti għal dawn id-dispożizzjonijiet inkompatibbli ma’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 427, 26.11.2018.
Full & Egal Universal Law Academy