1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch — il-Pajjiżi l-Baxxi) — A-Fonds vs Inspecteur van de Belastingdienst
(Kawża C-598/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida - Kunċett ta’ għajnuna ġdida - Rimbors ta’ taxxa fuq id-dividendi - Skema estiża għall-kumpanniji stabbiliti barra mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat - Moviment liberu tal-kapital - Obbligi tal-qrati nazzjonali)
(2019/C 220/03)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof ’s-Hertogenbosch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A-Fonds
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst
Dispożittiv
L-Artikoli 107 u 108 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti nazzjonali ma tistax tevalwa l-konformità ta’ kundizzjoni ta’ residenza bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-Artikolu 56(1) KE, li sar l-Artikolu 63(1) TFUE, fil-każ fejn l-iskema ta’ rimbors tat-taxxa fuq id-dividendi kkonċernata tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy