3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-599/17) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2392 - Senjalazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali tar-regolament dwar l-abbuż tas-suq - Assenza ta’ komunikazzjoni jew nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst))
(2018/C 436/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rius u T. Scharf, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Jiménez García, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 tas-17 ta’ Settembru 2015 dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament, u billi naqset li tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea it-test tal-miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata t-transpożiżżjoni ta’ din id-direttiva ta’ implimentazzjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-istess direttiva ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artiklu 13 ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 5, 8.1.2018.