7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Benoît Sauvage, Kristel Lejeune vs État belge
(Kawża C-602/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Dħul irċevut minn Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta’ residenza - Konvenzjoni bilaterali ta’ ħelsien mit-taxxa doppja - Tqassim tal-ġurisdizzjoni fiskali - Setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istat ta’ residenza - Fatturi ta’ rabta)
(2019/C 4/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Benoît Sauvage, Kristel Lejeune
Konvenut: État belge
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix skema fiskali ta’ Stat Membru li tirriżulta minn konvenzjoni fiskali intiża għall-ħelsien mit-taxxa doppja, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżenzjoni tad-dħul ta’ resident li joriġina minn Stat Membru ieħor u relatat ma’ impjieg b’salarju eżerċitat f’dan l-aħħar Stat Membru għall-kundizzjoni li l-attività li għaliha jitħallas id-dħul tkun effettivament eżerċitata fl-imsemmi Stat.
(1) ĠU C 437, 18.12.2017