17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – IBA Molecular Italy Srl vs Azienda ULSS n. 3 et
(Kawża C-606/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 1(2)(a) - Għoti mingħajr osservanza ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku - Kunċett ta’ “kuntratti bi ħlas” - Kunċett ta’ “entità pubblika”))
(2018/C 455/24)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IBA Molecular Italy Srl
Konvenuti: Azienda ULSS n. 3, Regione Veneto, Ministero della Salute, Ospedale dell’Angelo di Mestre
fil-preżenza ta’: Istituto Sacro Cuore Don Calabria di Negrar, Azienda ULSS no 22
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kuntratti bi ħlas” jinkludi d-deċiżjoni li permezz tagħha awtorità kontraenti tagħti direttament lil operatur ekonomiku partikolari, u għalhekk mingħajr ma torganizza proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, finanzjament speċifiku li l-uniku skop tiegħu huwa l-manifattura ta’ prodotti intiżi li jiġu pprovduti bla ħlas minn dan lil amministrazzjonijiet differenti li huma eżentati mill-ħlas ta’ kwalunkwe korrispettiv lill-fornitur, minbarra l-ħlas ta’ spejjeż ta’ kunsinna, iffissati b’rata fissa għal EUR 180 għal kull kunsinna.
2)
L-Artikolu 1(2)(a) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, billi tassimila l-isptarijiet privati “kklassifikati” mal-isptarijiet pubbliċi minħabba l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema ta’ programmazzjoni pubblika tas-saħħa nazzjonali rregolat bi ftehim ad hoc, bħala differenti mir-relazzjonijiet normali ta’ akkreditazzjoni mal-operaturi privati l-oħra li jipparteċipaw fis-sistema ta’ provvista ta’ servizzi tas-saħħa, teħlishom mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u minn dik tal-Unjoni dwar kuntratti pubbliċi, anki fil-każ fejn ikunu inkarigati mill-manifattura u mill-provvista bla ħlas, lill-istrutturi tas-saħħa pubbliċi, ta’ prodotti speċifiċi neċessarji għall-iżvolġiment tas-servizz tas-saħħa bħala korrispettiv għal finanzjament pubbliku allokat għall-manifattura ta’ dawn il-prodotti.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.