12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’ Högsta förvaltningsdomstolen — L-Isvezja) — Skatteverket vs Memira Holding AB
(Kawża C-607/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-kumpanniji - Grupp ta’ kumpanniji - Libertà ta’ stabbiliment - Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti - Kunċett ta’ “telf definittiv” - Amalgamazzjoni-assorbiment tas-sussidjarja mill-kumpannija omm - Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja li tipprovdi għat-tnaqqis tat-telf fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni biss lill-entità li tkun sostnietu)
(2019/C 270/05)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skatteverket
Konvenuta: Memira Holding AB
Dispożittiv
1)
Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura definittiva tat-telf ta’ sussidjarja mhux residenti, fis-sens tal-punt 55 tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2005, Marks & Spencer (C-446/03, EU:C:2005:763), iċ-ċirkustanza li l-Istat Membru li taqa’ taħtu s-sussidjarja ma jippermettix li jiġi ttrasferit it-telf ta’ kumpannija lil persuna taxxabbli oħra f’każ ta’ amalgamazzjoni, filwaqt li tali trasferiment huwa previst mill-Istat Membru li taqa’ taħtu l-kumpannija omm f’każ ta’ amalgamazzjoni bejn kumpanniji residenti, ma hijiex determinanti, dment li l-kumpannija omm ma turix li huwa impossibbli għaliha li tivvalorizza dan it-telf billi ssib mezz, b’mod partikolari permezz ta’ ċessjoni, sabiex dan jittieħed inkunsiderazzjoni fiskalment minn terz fi snin futuri.
2)
F’każ li ċ-ċirkustanza msemmija fl-ewwel domanda ssir rilevanti, huwa indifferenti l-fatt li fl-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja, ma teżisti l-ebda entità oħra li setgħet tnaqqas dan it-telf f’każ ta’ amalgamazzjoni kieku tali tnaqqis kien awtorizzat.
(1) ĠU C 5, 8.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy